Study

Super Quiz

  •   0%
  •  0     0     0

  • Fuq liema għolja, Ġesu' ttrasfigura ruħu?
    Tabor
  • X'talab Alla lil Abraham biex jippruvah u jara kemm lest li jagħmel kollox għalih?
    Joffri lil ibnu
  • X'jismu dak il-profeta li tefgħuh f'foss kollu iljuni?
    Danjel
  • Fuq liema muntanja Alla ta' l-Kmandamenti tiegħu?
    Sinaj
  • Kemm dam il-poplu Lhudi jiġġerra fid-desert taħt it-tmexxija ta' Mose'?
    40 sena
  • X'kien jismu l-ġgant li kien għadu tal-Lhud u ġej mill-poplu tal-Filistej?
    Gulija
  • Kemm insibu kotba fit-Testment il-Ġdid?
    27
  • Semmili tlett kotba ta' l-antik testment.
    Genesi, Esodu, Numri, eċċ.
  • X'kien jismu l-Gvernatur Ruman li qata s-sentenza ta' mewt lil Kristu?
    Ponzju Pilatu
  • Lil min Alla ta' l-Kmandamenti tiegħu?
    Mose
  • Min hu l-awtur ewlieni tal-Bibbja?
    Alla
  • X'jirrapreżenta s-serp fl-istorja ta' Adam u Eva?
    Xitan
  • X'kien jismu l-ewwel Re tal-Lhud?
    Sawl
  • Biex ċapsu l-koxox tal-bibien il-Lhud qabel ma ħarġu mill-Eġittu?
    Bid-demm tal-ħaruf
  • X'kien jismu t-tifel ta' David li sar Re u kien magħruf għall-għerf tiegħu?
    Salamun
  • Fejn għamel l-ewwel miraklu Ġesu'?
    Kana
  • Semmi imqar 5 Appostli mit-tnax li għażel Ġesu'.
    Pietru, Gwanni, Gakbu, Indri, Bartilmew, Mattew, Gakbu z-Zgħir, Ġuda Taddew, Ġuda l-Iskarjota, Xmun il-Kanani, Tumas, Filippu,
  • Min hu dak il-personaġġ fl-antik testment li hu magħruf li għadda tlett ijiem f'żaqq ta' ħuta kbira?
    Ġona
  • X'wiegħed li jibgħatilna Ġesu' qabel tela' s-sema biex ma jħalliniex weħidna?
    L-Ispirtu s-Santu
  • Fejn kien sejjer San Pawl meta inkalja Malta?
    Ruma
  • X'kien jismu t-tifel ta' Abraham?
    Iżakk
  • Min bena' Arka kbira għax kien ser jagħmel dulluvju kbir fuq ordni t'Alla?
    Noe
  • Għal fejn kienu sejrin żewġ dixxipli meta Ġesu' qam mill-mewt?
    Emmaus
  • X'jismu t-tifel ta' Adam u Eva li għer għal ħuħ u qatlu?
    Kajjin
  • Liema sura ħa l-Ispirtu s-Santu f'Pentekoste'?
    Ilsna tan-nar
  • F'liema pajjiż spiċċa t-tifel ta' Ġakob wara li kien mibjugħ minn ħutu?
    Eġittu
  • X'inhu l-ewwel ktieb tal-Bibbja?
    Ġenesi
  • X'jismu dak il-personaġġ fil-Bibbja li hu magħruf għall-paċenzja tiegħu?
    Ġob
  • X'kien jismu t-tifel ta' Ġakob li spiċċa mibjugħ minn ħutu?
    Ġużeppi
  • Bejn wieħed u ieħor Ġesu' kemm dam jgħix id-dar ma' ommu?
    30 sena
  • X'kien jisimha l-mara ta' Abraham?
    Sara
  • F'liema ktieb tal-ġdid Testment insibu dwar il-ħidma ta' l-Appostli wara Għid il-Ħamsin?
    Atti tal-Appostli
  • Min salva lil Mose meta kien tarbija meta ġie misjub ġo qoffa?
    Bint il-Faragħun